“Jien għalija int id-duluri…” “Wellidtu u qatlek”

Bosta jsellmu l-memorja ta’ Mary Grace Cassar li allegatament inqatlet minn binha John

Aqra wkoll

Mijiet kbar ta’ messaġġi nkitbu fuq il-midja soċjali hekk kif ħarġet l-aħbar li Mary Grace Cassar kienet ġiet maqtulha f’darha allegatament minn binha.

“Wellidtu u qatlek… qlajt ħafna f’ħajtek… nafu kemm kont tħobb lill-Madonna tal-Ġilju,” kitbet persuna fuq il-midja soċjali.

“Jien għalija int id-duluri…” “Din il-mara minn jafha hija mara qaddisa…” “Ma hemmx dubju inti diġà qiegħda ħdejn l-anġli u ħdejn il-Mulej…”

Dawn huma fost il-mijiet kbar ta’ messaġġi li nkitbu fuq il-midja soċjali.

Fost l-oħrajn kien hemm persuni li fuq il-midja soċjali allegaw li Mary Grace sofriet ħafna vjolenza domestika matul ħajjitha.

Dan is-sit tkellem ma’ persuna mill-Imqabba li qaltlilna li Mary Grace kienet mara b’qalb ta’ deheb u qatt ma tat fastidju lil ħadd. L-istess persuna qaltilna li kienet tkun kważi dejjem id-dar ħlief meta toħroġ għal xi attività organizzata mill-Kunsill Lokali jew inkejja biex tmur il-knisja.

Dawn dan l-omiċidju mistenni jitressaq il-Qorti John Cassar, iben il-vittma.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport