Thursday, April 18, 2024

Jasal f’Malta l-vaċċin tal-Covid tat-tfal… minn għada jibda t-tilqim

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-vaċċin tal-Covid-19 tat-tfal issa wasal f’Malta.

B’dan il-mod, kif kien imħabbar waqt konferenza tal-aħbarjiet ftit tal-jiem ilu, minn għada t-tfal li għandhom bejn il-5 u l-11-il sena se jibdew jitlaqqmu kontra l-Covid-19.

Kif ġie spjegat, l-ewwel prijorità se jkunu dawk it-tfal li għandhom mard meqjus bħala vulnerabbli.

Id-doża li tingħata lit-tfal hija ta’ madwar terz ta’ dik li tingħata lill-adulti.

Ekonomija

Sport