Thursday, April 25, 2024

Jasal Malta Nikola Gulan biex jingħaqad uffiċjalment ma’ Balzan FC

Aqra wkoll

Wasal Malta Nikola Gulan biex jingħaqad uffiċjalment ma’ Balzan FC wara li jagħmel it-testijiet mediċi iktar tard matul il-jum tat-Tlieta.

Gulan huwa prodott tal-akkademja ta’ Partizan Belgrade u f’Awwissu tal-2007 ingħaqad mat-team tas-Serie A fl-Italja, Fiorentina.

Matul iż-żmien tiegħu fit-Toskana, Gulan kellu wkoll perjodu ta’ self ma’ Sampdoria qabel ma mar il-Ġermanja fejn lagħab ma’ 1860 Munich.

Fl-2009, irritorna ma’ Fiorentina u għall-erba’ snin ta’ wara baqa’ l-Italja fejn lagħab ukoll ma’ Empoli, Chievo Verona u Modena.

Matul il-karriera tiegħu, Gulan kellu wkoll żmien fi Spanja ma’ Mallorca.

Fl-2015 ingħaqad mat-team Belġjan ta’ Mouscron u lagħab ukoll fl-Iżrael ma’ Hapoel Haifa.

L-istaġun li għadda, Gulan kien fuq il-kotba tal-club Żvediż, Hacken.

Gulan huwa wieħed minn żewġ akkwisti ta’ profil għoli li għamlu Balzan sa issa hekk kif qed ifittxu li jiksbu post fl-Ewropa fl-istaġun li ġej.

Mal-wasla tiegħu f’Malta, Gulan kien milqugħ mit-team manager ta’ Balzan FC, Roderick Bajada.

Sport