Wednesday, July 24, 2024

Jason Micallef b’rapport ieħor dwar kliem ta’ mibegħda fil-konfront tiegħu

Aqra wkoll

Ftit jiem biss wara li sostenitur ta’ Repubblika ġie kkundannat mill-Qorti għal theddid kontra Jason Micallef, l-istess Micallef bl-assistenza tal-Avukat Daniel Attard, kellu jerġa’ jdaħħal rapport ieħor għand il-pulizija dwar persuni li l-kitba u l-kummenti tagħhom kienu jammontaw għal diskors ta’ mibegħda fil-konfront tiegħu u anke fil-konfront ta’ membri tal-familja tiegħu.

Malli Jason Micallef ħabbar fuq il-midja soċjali li se jkun qed jieħu passi kontra dawn l-individwi, dawn il-kummenti tħassru. Dawn il-kummenti dehru proprju taħt waħda mill-ħafna posts kontra Micallef li n-Nutar u President Onorarju tal-NGO Repubblika Robert Aquilina jħobb itella’ fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu.

Din mhix l-ewwel darba li sostenituri u segwaċi ta’ Repubblika għaddew kummenti ta’ mibegħda u saħansitra anke kitbu messaġġi ta’ theddid fil-konfront ta’ Jason Micallef.

Dan ir-rapport ikompli mas-sensiela ta’ rapporti li diġa daħħal għand il-pulizija. Fil-fatt, diġa’ kien hemm persuni li nstabu ħatja mill-Qorti f’dan ir-rigward u fil-jiem li ġejjin se jkunu qed jitressqu persuni oħra.

Ekonomija

Sport