Wednesday, July 24, 2024

“Qas idea ma’ għandek kemm kont inħobbok jien”- Marvin isellem il-memorja ta’ oħtu Marzia

Aqra wkoll

“Daqsek qunċ tlaqti int spiċċajna aħna għala marz għid konna nħobbuk mhawx kont naqta idejja li min ħin għal ieħor nerġgħu nkunu flimkien qas idea kemm kont inħobbok jien”.

Dan kien il-messaġġ li wassal Marvin Zammit, ħu Marzia Calleja Maatouk, li aktar kmieni dalgħodu instabet mejta fil-Libja, wara li kienet ilha għal perjodu twil taż-żmien flimkien ma’ żewġha mfittxiija.

Fl-istess messaġġ li tella’ fuq Facebook, Zammit qal li għadu sa issa ma jistax jemmen li mhux se jkun jista’ jkellimha lil oħtu, tant li kiteb hekk; “ahjar ħa lili Marz milli lilek kont għadek żgħira u ma kien jonqsok xejn”.

Ekonomija

Sport