Sunday, May 19, 2024

Jesse Lingard jagħti ħjiel li jista’ jirritorna ma’ West Ham

Aqra wkoll

Jesse Lingard poġġa ritratt fuq il-profil tiegħu ta’ Instagram li fih jidher jiċċelebra goal mal-ex players sħabu ta’ West Ham United, hekk kif tkompli l-ispekulazzjoni dwar il-futur tal-Ingliż.

Il-kuntratt tal-attakkant ma’ Manchester United għandu jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju, u jidher dejjem aktar improbabbli li se jkun qed jikkommetti l-futur tiegħu mar-Red Devils.

Lingard eċċella waqt li kien misluf ma’ West Ham fit-tieni nofs tal-istaġun li għadda, skorja disa’ darbiet u rreġistra ħames assists f’16-il dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

It-team ta’ David Moyes jibqa’ marbut mal-playmaker, li mistenni jitlaq bi free transfer dan is-sajf aktar milli bi ħlas żgħir matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar.

Lingard skorja darbtejn u rreġistra assist wieħed fi 12-il dehra għal Man United dan l-istaġun, iżda ilu ma jilgħab fil-Premier League mill-bidu ta’ Diċembru.

Sport