Wednesday, October 9, 2024

Jgħid lil Pulizija li kellu l-bikarbonat wara li ġie arrestat f’lukanda

Aqra wkoll

Denis Cremona ta’ 48 sena mill-Marsa ġie akkużat li fil-pussess tiegħu kellu droga kokaina u eroina u dan meta kien f’lukanda fil-Qawra. Il-Prosekuzzjoni fil-Qorti qalet li ċ-ċirkostanzi li fihom instabet id-droga juru biċ-ċar li dawn ma kienux għall-użu esklussiv tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco qalet li Cremona ġie arrestat wara li nħareġ mandat ta’ arrest mill-Qorti. Dan ħareġ wara li ma kienx qiegħed imur jiffirma l-għassa skont waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuqu meta ngħata l-ħelsien mill-arrest f’każ ieħor. Hu lanqas kien attenda smiegħ ta’ seduta dwar akkużi ta’ traffika ta’ droga.

Il-pulizija qalu li l-karozza tar-raġel li qal li m’għandux indrizz fiss fejn jgħix intlemħet barra l-lakanda u ġie arrestat f’kamartu. Waqt l-arrest meta ġie mistoqsi dwar is-sustanza li kellu f’basket l-akkużat qall li dik kienet birarbonat. Il-Pulizija qalu li apparti hekk, instabu pakketti bi droga wara s-sufan tal-kamra.

Cremona fil-Qorti wieġeb mhux ħati tal-akkużi filwaqt li l-Maġistrat Lanfranco ċaħdet it-talba għall-ħelsien milll-arrest.

L-Avukati Franco Debono u Francesca Zarb qed jidhru għall-akkużat.

Sport