Sunday, December 22, 2024

Jgħodduha b’waħda wara li nqelbu bil-karozza f’inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Fortunatament jidher li kien hemm biss passiġġiera waħda li weġġgħet ħafif wara li aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-6:30 a.m seħħet ħabta bejn erba’ karozzi f’Wied il-Għajn.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-karozzi kienu qed jinstaqu minn raġel ta’ 48 sena residenti Wied il-Għajn, minn raġel ta’ 41 sena residenti Wied il-Għajn ukoll, minn anzjan ta’ 71 sena residenti Ħaż-Żabbar, u minn mara ta’ 36 sena.

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma’ dan is-sit, li bl-stess impatt bejn l-erba’ vetturi, karozza spiċċat inqalbet u li waħda mill-passġġiera ttieħdet l-Isptar u ġie iċċertifikata bii ġrieħi ħfief.

Ekonomija

Sport