Tuesday, May 14, 2024

“Jien mhux it-tip ta’ persuna li nkisser djar stabbiliti, imma dak li nibni djar imkissrin”

Il-player veteran ta' AC Milan Zlatan Ibrahimovic

Aqra wkoll

Jekk hemm player li bil-personalitá tiegħu jixpruna lil sħabu l-players, m’hemmx dubju li dan mhu ħadd ħlief Zlatan Ibrahimovic. F’dan l-istaġun huwa kien xprun ewlieni biex AC Milan jinsabu punt biss ‘il bogħod milli jirbħu l-Iscudetto wara tant snin hekk kif jistgħu jagħmlu dan nhar il-Ħadd li ġej kontra Sassuolo. Fl-aħħar sigħat huwa għadda kummenti lill-media fejn stqarr li:

“Meta ħallejt lil Los Angeles, irritornajt ma’ AC Milan meta kienu team li jispiċċaw mal-ewwel 10 kull staġun. Ġibt il-personalità tiegħi lil dawn il-players ta’ talent li kienu nieqsa mill-esperjenza ta’ veteran li jista’ jurihom it-triq. L-ewwel staġun bl-istess players li qatt ma kienu jafu jispiċċaw mal-ewwel erbgħa, tgħallmu jġibu ruħhom u jemmnu bħal Zlatan. It-talenti tagħhom ġew trasformati. Ħadd ma riedhom, imma issa kulħadd irid jiffirmahom.

Għidtilhom biex dan l-istaġun ma jagħtux wisq kas iċ-Champions League għax ma kinux se jirbħuha xorta waħda, iżda għandhom jinvestu biex jirbħu l-kampjonat miegħi. Fil-karriera kollha tiegħi, dejjem xtaqt li nibda kollox mill-pedament, kuntrarjament għal nies li jħobbu biss li jiċċaqilqu lejn djar diġà mibnija sew, jġibu l-problemi biex imbagħad jaħarbu. Jien mhux dak it-tip ta’ persuna li nkisser djar stabbiliti sew, imma jien huwa dak li nibni djar imkissrin.”

Sport