Sunday, May 19, 2024

“Jien missier ta’ tifla wkoll… ixxukkjat u rrabjat quddiem din it-traġedja”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ilbieraħ qomna bl-aħbar xokkanti li seħħ l-ewwel omiċidju tas-sena. Il-vittma rriżulta li hija mara Pollakka ta’ 29 sena u b’rabta ma’ dan il-qtil il-Pulizija arrestaw raġel ta’ 20 sena miż-Żejtun. Talk.mt tkellmet mal-Ministru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Owen Bonnici, fejn filwaqt li saħaq li rridu nħallu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija jieħdu l-kors tagħhom, esprima rabja quddiem din it-traġedja.

“Bħala missier ta’ tifla rrid li pajjiżna jkun il-post fejn in-nisa kollha jħossuhom li jistgħu jgħixu bl-akbar serenità ‘l bogħod minn kwalunkwe vjolenza marbuta mal-ġeneru”

il-Ministru Owen Bonnici

Il-Ministru Bonnici jinsab ixxukjat dwar il-każ li seħħ ilbieraħ filgħodu fejn instabet mara mejta f’ċirkostanzi li jistgħu jindikaw li seħħet vjolenza fuqha abbażi tal-ġeneru. Huwa sqarr li, “bħala missier ta’ tifla rrid li pajjiżna jkun il-post fejn in-nisa kollha jħossuhom li jistgħu jgħixu bl-akbar serenità ‘l bogħod minn kwalunkwe vjolenza marbuta mal-ġeneru”. 

Min-naħa tiegħu l-Ministru Owen Bonnici għamel appell lil kull min huwa għaddej minn vjolenza domestika u abbuż ieħor biex jitkellem u jersaq għall-għajnuna billi jċempel fuq 179. 

Il-Pulizija għandhom unit apposta, il-Malta Police Gender Based and Domestic Violence Unit, biex jilqgħu fi ħdanhom rapporti ta’ vjolenza domestika.

Sport