Friday, May 3, 2024

Vittmi ta’ femiċidji fl-aħħar snin

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-aħħar vittma ta’ vjolenza domestika f’Malta kienet Chantelle Chetcuti, każ li kien ħasad lil ħafna f’pajjiżna.  Hi kienet damet diversi sigħat tissielet għal ħajjitha, wara li qalgħet ħames daqqiet ta’ sikkina f’rasha minn dak li kien eks sieħeb tagħha. Hi kellha żewġ ulied. L-aggressjoni fuqha kienet saret f’Ħaż-Żabbar.

Kien hemm imbagħad il-każ ta’ Maria Lourdes Bonniċi u bintha angele Bonniċi li nqatlu  fl-ewwel parti tas-sena 2019. Huma kienu inqatlu f’Ħal Għaxaq minn Joseph Bonniċi, fejn dan kien akkużat bil-qtil ta’ ommu u oħtu. Hu kien qatilhom f’daru u mbagħad ġarr il-katavru lejn l-għalqa, u ħaffer żewġ ħofor biex difinhom.

Fis-sena 2018, kellna il-każ ta’ Lourdes Agius, omm ta’ sitt itfal, li kienet instabet mejta f’darha f’Raħal il-Ġdid. Bil-qtil kien akkużat Michael Emanuel. Agius kellha sebat itfal b’wieħed immhom ikun tal-aggressur. 

Shannon Mak kienet instabet b’għonqha mħanxar f’Santa Venera fis-sena 2018. Is-suspettat ewlieni huwa l-eks-sieħeb tagħha li qed jingħat li qatilha wara li kienet wasslitu d-dar wara attività tax-xogħol u ħanxrilha għonqha wara argument.

Fis-sena 2018 kien hemm il-qtil doppju ta’ Maria Carmela Fenech u Antonia Fenech.  Fis-sena 2016 kien hemm il-qtil ta’ Eleanor Mangion u Caroline Magri, waqt li fis-sena 2015 inqatlet Silvana Muscat.

Fis-sena 2012 fl-Imġarr inqatlet Meryem Bugeja u f’dik is-sena ukoll inqaltu l-avukat Margaret Mifsud u Yvette Gajda. 

Fis-sena 2011 kien hemm żewġ femiċidji oħra dak ta’ Karen Cheatle li nstabet mgħarrqa fl-appartament tagħha, u Irena Abadzhieva li kienet inqatlet fl-appartament tagħha f’Buġibba. 

Femiċdiji oħra kienu ta’ Christine Sammut fis-sena 2010, Catherine Agius fis-sena 2009, Lydmila Nykyutiuk fis-sena 2009, Therese Vella fis-sena 2009, Doris Schembri fis-sena 2005, Patricia Attard f’Ta’ Qali fis-sena 2004, Katya Faugia f’Ħal Għaxaq fis-sena 2004, Josette Scicluna fis-sena 2003 f’San Ġwann, Pauline Tanti fis-sena 2002, Rachel Muscat fis-sena 2002, Vanessa Grech u bintha ta’ 17-il xahar inqatlu b’daqqiet ta’ sikkina u ntremew f’bir mir-ragel tagħha stess f’Birżebbuġa fis-sena 2001. 

Sport