Saturday, April 27, 2024

Inqas każi ġodda ta’ Covid-19 fl-Awstralja iżda jiżdiedu dawk fl-isptarijiet

Aqra wkoll

Matul l-aħħar jiem, in-numri ta’ każi ġodda ta’ Covid-19 ġewwa l-Awstralja naqsu iżda fl-istess waqt in-numru ta’ persuni li kellhom jiddaħħlu l-isptar żdied. Ilbieraħ in-numru ta’ każi ġodda ġewwa New South Wales – li huwa l-iktar stat popolat ġewwa l-Awstralja – niżlu għal 18,278 minn 22,577 fil-jum ta’ qabel. Id-dipartiment tas-saħħa qal li dan it-tnaqqis jista’ jkun li seħħ minħabba tnaqqis fl-ammont ta’ testijiet matul il-vaganzi. 

Minkejja dan, in-numru ta’ persuni li qed jidħlu l-isptar żdiedet bi 18%. L-awtortaijiet qalu li huma qed jiffokaw iktar fuq iċ-ċifra ta’ persuni li jidħlu l-isptar minn dik ta’ każijiet ġodda. Ġewwa Victoria n-numru ta’ każi ġodda huwa ta’ iktar minn 7,000 kuljum filwaqt li ġewwa Queensland in-numru huwa ta’ ftit iktar minn 3,000. Fid-dawl ta’ dan kollu, it-Teżorier ta’ Queensland Cameron Dick qal li, “din is-sena deħlin għal battalja oħra kontra l-Covid-19… jekk jirnexxilna nnaqqsu l-firxa tal-virus dan ineħħi ħafna pressjoni minn fuq is-sistema tas-saħħa.” Cameron ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu t-tilqim, jilbes il-maskri u kemm jista’ jkun jibqa’ d-dar. 

Sport