Sunday, December 22, 2024

Jiftaħ l-istaġun tal-qtugħ tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo assista għall-ftuħ tal-istaġun tal-qtugħ tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid.

L-inbid ta’ kwalità hu wieħed mill-prodotti li għandu rabta diretta mat-territorju Malti u Għawdxi, huwa mfittex ukoll mit-turisti li jżuru l-Gżejjer Maltin u l-kwalità hija rikonoxxuta anke mill-Unjoni Ewropea li tkompli ssaħħaħ l-importanza tas-settur agrikolu f’pajjiżna.

Il-Ministru Refalo tenna li wara ħafna ħidma issa wasal iż-żmien li jibda jinqata’ l-għeneb li għexieren ta’ bdiewa kabbru b’tant dedikazzjoni. “Il-kwalità fil-prodott finali tirrikjedi dedikazzjoni u ħila liema bħalha mill-bdiewa kif ukoll mill-għassara. Tirrikjedi wkoll ħidma kontinwa mid-Direttorat tal-Agrikoltura li għandu r-responsabbiltà li jsegwi u jiċċertifika l-proċess tal-produzzjoni tal-inbid,” tenna l-Ministru Refalo.

Min-naħa tiegħu, Darren Borg, Kap Uffiċjal Agrikolu fi ħdan id-Direttorat tal-Agrikoltura spjega li dan l-istaġun tat-tkabbir tal-għeneb ma kienx ikkaratterizzat minn wisq mard u problemi ta’ insetti u fejn kien hemm dawn it-tip ta’ każijiet, permezz tal-linji gwida (IPM) offruti mid-direttorat, sar il-monitoraġġ meħtieġ u ġew evitati trattamenti żejda kontra tali mard u insetti. Huwa semma li, madanakollu, is-settur xorta jiffaċċja ċerti sfidi, primarjament dik relatata man-nixfa minħabba n-nuqqas ta’ xita.

Ekonomija

Sport