Saturday, September 7, 2024

Jiftħu l-applikazzjonijiet għal Love Island Malta 2

Aqra wkoll

Il-produzzjoni ta’ ‘Love Island Malta’ ħabbru li kienu qegħdin jiftuħu l-applikazzjonijiet għat-tieni staġun għal programm li kiseb popolarità bla preċident f’pajjiżna. Dan se jkun qiegħed jixxandar f’Mejju li ġej fuq l-Istazzjoni Nazzjonali.

il-produzzjoni tar-reality dalgħodu ħeġġet lil dawk li jixtiequ jieħdu sehem biex japplikaw biex b’hekk tkun tista’ tibda l-għażla. Kull min japplika jrid ikollu 18-il sena ‘l fuq u ma tistax tkun b’xi mod impjegat mal-kumpanija Media Exclusive Limited li tipproduċi l-programm.

L-ewwel staġun ta’ ‘Love Island Malta’ ntrebaħ minn Allen u Chelsea.

‘Love Island Malta’ jinħadem b’kollaborazzjoni ma’ ITV Studios, filwaqt li l-produzzjoni tal-programm hija f’idejn Media Exclusive Limited.

Ir-rebbieħa jieħdu magħhom id-dar €20,000.

Ekonomija

Sport