Sunday, May 19, 2024

Jiggradwa ta’ 95 sena u qed jikkunsidra kors ieħor li jtemm ta’ 102

Aqra wkoll

Raġel ta’ 95 sena sar l-ixjeħ persuna li qatt gradwat minn università u jidher li għadu mhux kuntent. 

Il-Psikjatra David Marjot rnexxielu jiggradwa mill-Università ta’ Kingston fejn irnexxielu jikseb MA fil-Filosofija Ewropea Moderna.

Huwa rnexxielu jagħmel din il-kisba madwar 72 sena wara li laħaq bħala Tabib, iżda issa li wasal s’hawn, ir-raġel minn Weybridge f’Surrey qiegħed jikkunsidra li jibda dottorat fuq bażi part-time li jista’ jlesti meta jkollu 102.

Rigward l-isfidi li kellu jaffaċċja biex kiseb dan id-degree, Dr Marjot qal li kienet iebsa għalih minħabba li l-memorja bdiet tbatti kawża tal-età tiegħu. Huwa appella lil dawk kollha li jkunu qegħdin itellgħu u jniżżlu jekk jidħlux għal sfida simili minħabba li jkunu ilhom snin ma jidħlu f’istituzzjoni edukattiva biex jagħmlu l-pass jekk kemm il-darba jkunu interessati fis-suġġett.

Ir-raġel qal li huwa tilef lil martu wara 65 sena żwieġ u li dan il-kors għenu ħafna biex ma jaqax fis-solitudni.

Minn naħa tagħhom, il-professuri li kienu involuti fil-klassijiet li għalihom attenda l-gradwat anzjan faħħru d-determinazzjoni tiegħu qalu li l-esperjenzi tal-karriera tiegħu li qasam mal-bqija tal-klassi kienu utilissimi għall-bqija tal-istudenti.

Sport