Jiġu installati l-ewwel frequency converters tal-Grand Harbour Clean Air Project

0
716
Minister for Transport, Infrastructure and Capital Projects Ian Borg visits one of the Grand Harbour Clean Air Project's frequency converter stations, following the installation of new transformers which will provide electricity for cruise liners in the Grand Harbour - Deep Water Quay FCS, Marsa - 19-2-2022

L-aġenzija Infrastructure Malta installat l-ewwel tliet frequency converters bħala parti mill-Grand Harbour Clean  Air Project. 

Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, waqt żjara li saret fis-sit  fejn jinsabu installati dawn il-frequency converters. 

Il-Ministru Ian Borg qal, “Dan tal-lum hu pass ieħor importanti ħafna, kemm għal dan il-proġett, però, aktar minn  hekk, huwa pass ieħor ’il quddiem għal pajjiżna f’dik li hi sostenibbiltà u viżjoni ambjentali. Dan ikompli juri  kemm pajjiżna hu wieħed progressiv. Dan il-gvern għaraf id-dinamiżmu li joffri l-Port il-Kbir għal pajjiżna, u  għaldaqstant se nkunu qegħdin nutilizzawh bl-aħjar mod possibbli sabiex inkomplu nagħmlu passi ta’ ġgant f’dik  li hija mixja favur ambjent nadif u pulmun ħadrani. B’kollox 17,000 familja se jibbenefikaw minn arja aktar  nadifa bis-saħħa ta’ dawn il-frequency converters, li se jikkonvertu l-elettriku għall-provvista tal-cruise liners u  bastimenti li jkunu irmiġġjati fil-Port il-Kbir, u b’hekk innaqsu 90% mit-tniġġis tal-arja tagħhom.”