Thursday, April 18, 2024

Jindarab gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur

Aqra wkoll

Raġel ta’ 26 sena mill-Bangladesh, residenti Marsaxlokk, sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ waqt li kien qed isuq il-mutur tat-tip Kymco Agility.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5.00a.m. fi Triq il-Wileġ, San Pawl il-Baħar.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport