Thursday, April 25, 2024

Jingħad li Meghan Markle kienet il-kaġun ta’ argument bejn il-Prinċep Harry u l-Prinċep William

Aqra wkoll

Il-midja Ingliża The Guardian xeħtet għajnejha fuq kopja tal-pubblikazzjoni tal-ktieb tad-Duka, bl-isem “Spare”, fejn fih jindika li l-Prinċep William attakka b’mod fiżiku lil ħuħ, il-Prinċep Harry. Dan il-ġurnal qal li l-ktieb juri biċ-ċar li Meghan, il-mara tal-Prinċep Harry, kienet il-kaġun ta’ dan l-argument.

Huma kkwotaw lil Prinċep Harry jgħid: “Qabadni minn għonqi, qaċċattli l-ġiżirana, u waqqagħni mal-art’’. Dan kien wieħed mill-episodji li rnexxielha tiżvela The Guardian minħabba li għalissa hemm “sigurtà stretta ta’ qabel it-tnedija”. Il-ktieb, li juri rakkonti tal-Prinċep, se jiġi ppublikat nhar it-Tlieta.

Skont The Guardian, il-ktieb jgħid li dan kollu nħoloq minn kummenti li l-Prinċep William għamel lil Prinċep Harry fid-dar tiegħu f’Londra fl-2019; il-Prinċep Harry, juri li ħuh kien kritiku taż-żwieġ tiegħu ma’ Meghan Markle u li l-Prinċep William iddeskrivieha bħala “diffiċli” u “goffa”.

Minkejja dan kollu, s’issa għad m’hemm l-ebda reazzjoni minn Buckingham Palace.

Sport