Friday, December 13, 2024

Jingħata bidu għal Christmas in the Capital fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta llejla tat bidu għall-programm Christmas in the Capital bil-mixgħela tad-dwal tal-Milied tul Triq ir-Repubblika, Triq Nofsinhar u Triq Merkanti, kif ukoll bis-siġra tal-Milied armata quddiem il-Parlament, u bl-inawgurazzjoni ta’ presepju fi Pjazza San Ġwann. Din is-sena s-Sigra tal-Milied hi wahda speċjali ħafna. Għolja 7 sulari u nofs, u fost it-tiżjin li nsibu fuqha hemm il-persjani, u l-fanali tradizzjonali ta’ Malta, kif ukoll il-gallerija tradizzjonali tal-gebel tal-franka bis-salib tal-Kavallieri mnaqqax fuqha.

Christmas in the Capital huwa miżgħud b’avvenimenti mill-isbaħ għall-familja kollha li se jibqgħu għaddejjin sal-31 ta’ Diċembru.

Dawn l-attivitajiet jinkludu purċissjoni tradizzjonali ta’ Ġesù Bambin, workshop għat-tfal fil-Valletta Design Cluster, buskers, street entertainers, korijiet u kunċerti mużikali minn gruppi u kantanti popolari li jinkludu Chiara, Jason Xuereb, Janvil, Riona, Rachel Fabri, Veronique Vella, Franklin, Sean Borg, Centerstage Choir, Cappella Musicale Caeciliana, u oħrajn.

Żur il-website vca.gov.mt u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta għal aktar informazzjoni.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport