Sunday, December 1, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara argument li kellu ma’ martu 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 55 sena tressaq il-Qorti mixli li kellu argument jaħraq ma’ martu, hekk kif dan issuspetta li din kienet qiegħda taqlibielu ma’ raġel ieħor. 

Fil-Qorti, ingħad li l-Pulzija waslilhom rapport kemm min-naħa tal-akkużat, kif ukoll minn martu, fejn irrapurtaw dwar l-istess argument li seħħ bejniethom. 

Ġie evalwat li minn risk assesment illi sar lit-tnejn li huma, irriulta li l-mara ttinsab f’riskju għoli. Mal-pulizija, il-mara tal-akkużatt spjegat d-dinamika tal-kaz u qalet li żewġha ħebb għaliha u heddidha li joqtolha.

Quddiem il-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil, l-akkużat wieġeb li mhuwiex ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. 

Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €1,500 flimkien ma’ garanzija personali ta’ €3,500. Il-Maġistrat Camilleri Busuttil ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur mart l-akkużat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport