Monday, May 13, 2024

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kellu fil-pussess mas-700 gramma eroina

Aqra wkoll

Raġel ta’ 56 sena ingħata l-ħelsien mll-arrest, wara li tressaq il-Qorti b’akkużi b’rabta ma’ qabda ta’ 700 gramma eroina. Fil-Qorti, ingħad li Pierre Cremona ta’ kien qed isuq karozza u li l-Pulizija għamlet tfittxija fiha, instab li Cremona kellu xi qratas tal-eroina fil-karozza.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-Pulizija kompliet bit-tfittxija fid-dar tal-imputat, fejn hemmhekk sabu li kien hemm borża b’700 gramma tad-droga.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Maġistrat Elaine Rizzo tat il-ħelsien mill-arrest lil Cremona fuq depożitu ta’ €5,000 u garanziija personali ta’ €10,000.

Il-Qorti ordnatlu wkoll sabiex jiffirma fl-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Qormi kuljum u sabex jibqa’ ġewwa bejn id-9pm u s-6am.

Id-Difiża f’dan il-każ tmexxiet mill-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Adreana Zammit.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport