Monday, April 29, 2024

Jinstab ħati li hedded mara u jintbagħat sena ħabs

Aqra wkoll

Raġel intbagħad sena ħabs, wara li tressaq il-Qorti fejn ammetta li weġġa’ u hedded mara fil-Belt Valletta.

Fil-Qorti, Davis Sasay kien akkużat li madwar ġimgħatejn ilu, darab mara gravi fi Tiq Ġilormu Cassar fil-Belt Valletta.

Sasay kien mixli wkoll li hedded, provoka u ħebb għal mara oħra. Huwa kien akkużat ukoll li qed jgħix ħajja ta’ għażż u li ma ppruvaw ifittex xogħol

Fuq l-ammissjoni tiegħu, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima, sabitu ħati u ordnatlu li jiskonta sena ħabs.

Il-Maġistrat Grima ordnat sabiex Hija ordnat ukoll sabiex jingħata l-għajnuna meħtieġa biex jindirizza l-problema tax-xorb.

Dan filwaqt li ħarġet ordni ta’ protezzjoni għal sena favur il-mara

Sport