Friday, November 8, 2024

Tliet snin mill-mewt taż-żagħżugħ Ramiro Mallia

Aqra wkoll

Bħal-lum tliet snin ilu, il-Mulej għoġbu jsejjaħ fi ħdanu lill-Ramiro Mallia fl-età ta’ 19 -il sena. Huwa kien tilef ħajtu traġikamnet kawża ta’ ħruġ ta’ gass minn heater.

Id-diżgrazzja seħħet f’dar li tinsab fi Triq Santa Katerina f’Ħal Qormi għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija kienet qalet li l-ewwel investigazzjonijiet juru li Ramiro, intilef minn sensih b’konsegwenza ta’ ħruġ ta’ gass minn heater.

Huwa kien ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku iżda tilef ħajtu ftit tal-ħin wara fl-Isptar Mater Dei. Intant fuq Facebook, fost dawk li sellmu l-memorja taż-żagħżugħ, spikka l-messaġġ ta’ Karen Camilleri.

Hija kitbet; “23/03/2021 kienet il-ġurnata li biddlitilna ħajjitna…fejn mhux biss tlifna lilek Ramiro Mallia, iżda tlifna s-sens ta’ ferħ fl-okkażżjonijiet li qabel kienu jferrħuna….tlifna l-biża li l-kruha tal-mewt iġġib fuqna u tlifna s-sens tal-fruha li din il-ħajja taf tagħtina”

Fl-istess messaġġ, hija qalet li din il-ġurnata tatha l-kuraġġ sabiex tkun ta’ spalla għal omm u missier iż-żagħżugħ f’mumentt iswed aktar mid-dlam.Temmet tgħid li dan kollu taha l-kuraġġ sabiex terġa’ tqum fuq saqajha u tgawdi kull mument tal-ħajja.

Sport