Sunday, May 19, 2024

Jinstab katavru fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni fil-Ġnejna

Aqra wkoll

Iktar kmieni llum, għall-ħabta tal-11:30 a.m., intalbet l-assistenza tal-Pulizija hekk kif intlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar, fil-Bajja tal-Ġnejna.

Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn ġie kkonfermat ir-rapport u nstab il-katavru li għadu mhux identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Elaine Mercieca ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru sabiex jinkiseb aktar informazzjoni fuq il-każ.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.

Sport