Tuesday, May 7, 2024

Hemm il-possibiltà li l-istejjer klassiċi ta’ Ladybird ma jibqgħux kif nafuhom

Aqra wkoll

Jista’ jagħti l-każ li fiż-żmien li ġej it-tfal se jkunu esposti għal narrattiva differenti minn dik li tlajna fiha aħna u l-ġenerazzjonijiet imgħoddija. Dan hekk kif il-kumpanija Ladybird talbet grupp ta’ qarrejja sabiex iħarsu b’ċerta sensittività waqt li jkunu qed jerġgħu jagħmlu evalwazzjoni tal-istejjer klassiċi bħal Cinderella u Sleeping Beauty.

Ladybird tgħid li għarfet illi n-narrattiva klassika kienet imsejsa fuq plotts u karattri “Li m’għadhomx japplikaw għal żmienna” jew li “huma meqjusa krudili”.

Il-ġurnal Ingliż The Sunday Telegraph qal li t-tħassib tal-mexxejja tal-kumpanija dwar in-narrattiva klassika tinkludi l-kwistjoni tal-propaganda kbira ta’ protagonisti b’xagħarhom ċar u għajnejhom blu fl-istejjer tal-imħabba; biża’ li stejjer bħal dawn b’nuqqas ta’ diversità bħala karattri protagonisti jistgħu jkunu l-punt tat-tluq għall-ħolqien tad-diskriminazzjoni razzjali fl-iskejjel.

L-għan ta’ din ir-riforma fil-karatterizzazzjoni tal-istejjer huwa li tinqered l-indottrinazzjoni li ddominat matul is-sekli sabiex it-tfal ikunu kapaċi jagħrfu li l-apparenza fiżika mhix kollox fl-imħabba.

Sport