Monday, November 4, 2024

Jinstab qabar Puniku ta’ madwar 2,300 sena ilu qrib l-Isptar Mater Dei

Aqra wkoll

Waqt li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi kienet għaddejja bix-xogħol għal parkeġġ ġdid qrib l-Isptar Mater Dei, saret sejba importanti ħafna. FIl-fatt instabu qobra puniku li għandhom madwar 2,300 sena.

Fi stqarrija l-FSM qalet li fl-oqbra nstabu fdalijiet umani, unri u anke artifatti. Il-fdalijiet umani u anke l-artifatti ttieħedu f’laboratorju biex isir aktar studju fuqhom u b’hekk il-Maltin ikunu jafu aħjar dwar l-istorja tal-pajjiż.

L-oqbra jikkonsistu fi 3 kmamar tad-dfin, kollha magħqudin flimkien, u juru biċ-ċar li huma taż-żmien Puniku u ta’ żmien ir-Rumani. Kull entratura ta’ kull qabar kienu għadhom issiġillati u fihom instabu fdalijiet umani u anke affarijiet oħrajn ta’ interess għal istorja ta’ pajjiżna.

Preżenti waqt ix-xogħlijiet kien hemm is-Supretendenza għall-Wirt Kulturali li qed tissorvelja x-xogħlijiet u tistudja l-affarijiet li jinstabu. L-istqarrija tal-FSM qalet li l-fdalijiet umani u l-affarijiet oħrajn kollha tneħħew minn fuq is-sit biex jitkompla x-xogħol fuq il-parkeġġ li se jkun jesa’ 130 karozza.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport