Friday, May 17, 2024

Jinstabu disa’ każi oħrajn ta’ Ebola fl-Uganda … l-awtoritajiet imħassba

Aqra wkoll

L-Uganda rrapportat disa’ każi oħrajn ta’ Ebola ġewwa l-kapitali Kampala biex b’hekk issa l-infezzjoni­jiet magħrufa f’dawn l-aħħar jumejn telgħu għal 14. 

L-imxija tal-Ebola bdiet f’Settembru li għadda u din tfaċċat f’parti rurali fiċ-ċen­tru tal-Uganda. Din imbagħad sabet ruħha fil-belt ta’ Kamapla, li fiha hemm jabitaw iktar minn 1.6 miljun persuna. 

Din is-sitwazzjoni hija waħda tat-tħassib hekk kif skont il-Ministeru tas-Saħħa u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa minn kemm ilha li bdiet l-imxija kien hemm madwar 90 każ ta’ infezzjoni u minn tal-inqas 44 mewt. 

L-istrain tal-virus li qiegħ­ed jiċċirkola ġewwa l-Uganda huwa dak tas-Sudan li s’issa għad m’hemmx tilqima għalih għall-kuntrarju tal-istrain taż-Żaire li laqat lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo fl-aħħar ġimgħat. 

L-Ebola ġeneralment toqtol nofs il-persuni infettati u s-sintomi jinkludu għeja kbira, uġigħ fil-muskoli, uġigħ ta’ ras, uġigħ fil-griżmejn u dijarea. 

Sport