Thursday, November 5, 2026
Home Sport Jintwerew 51 karta ħamra f’logħba taż-żgħażagħ fil-Brażil

Jintwerew 51 karta ħamra f’logħba taż-żgħażagħ fil-Brażil

0
53

Logħba tal-football fil-kampjonat Brażiljan ta’ Taħt l-20 sena spiċċat f’kaos wara ġlieda massiva bejn il-players, li wasslet biex ir-referee juri xejn inqas minn 51 karta ħamra.

L-inċident seħħ fis-semi-finali tal-ewwel leg tal-Kampjonat ta’ Minas Gerais bejn Uberlandia u Mamore, liema partita ntrebħet 3-1 mill-viżitaturi.

Skont ir-rapport tar-referee, l-inkwiet beda wara li Mamore skorjaw it-tielet goal tagħhom. Il-player Davi pprovoka lill-avversarji waqt iċ-ċelebrazzjoni, u dan wassal biex il-coach tal-goalkeepers ta’ Uberlandia daħal fil-ground biex jikkonfrontah. Minn hemm inqalgħet ġlieda li fiha kienu involuti players u membri tal-istaff tekniku taż-żewġ timijiet.

B’kollox tkeċċew 43 player u tmien membri tal-istaff tekniku, biex inkiser ir-rekord preċedenti ta’ 36 karta ħamra f’logħba fl-Arġentina fl-2011.

Il-partita twaqqfet għal madwar 40 minuta qabel ma ġiet abbandunata. Uberlandia sussegwentement irtiraw mit-tieni leg, u b’hekk Mamore għaddew għall-finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here