Il-coach ta’ Como, Cesc Fàbregas, wera sodisfazzjon kbir wara r-rebħa kbira ta’ 9-1 kontra Lens fiċ-Champions League, iżda insista li t-team tiegħu għandu jibqa’ b’saqajh mal-art.
“Din hija lejla mill-isbaħ għal Como, għall-partitarji kollha tagħna u għal ħafna players żgħażagħ li għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom. Madankollu, irridu nibqgħu umli, inkomplu nitgħallmu u naħdmu,” qal Fabregas.
Il-coach Spanjol wissa lill-players tiegħu biex ma jinġarrux mir-riżultat u ma jaħsbux li kollox intemm wara din ir-rebħa storika.
Fabregas stqarr ukoll li kien diżappuntat bil-goal li sofrew, minkejja s-superjorità kbira tat-team tiegħu, u qal li issa l-attenzjoni trid iddur lejn il-konfront importanti kontra Inter fil-kampjonat.




