Como komplew jiktbu l-istorja meta fil-UEFA Champions League għelbu lil Lens 9-1 barra minn darhom, u b’hekk kisbu waħda mill-akbar rebħiet fl-istorja tal-kompetizzjoni.
Anastasios Douvikas kien il-protagonist ewlieni b’hat-trick, wara li skorja fis-seba’, fit-32 u fis-57 minuta. Nico Paz żied it-tielet goal fl-40 minuta, filwaqt li Lucas Da Cunha, Marc-Oliver Kempf, Mattia Liberali, Martin Baturina u ż-żagħżugħ Matteo Papaccioli wkoll sabu x-xibka.
Ruben Aguilar skorja l-uniku gowl għal Lens fit-65 minuta.
Taħt it-tmexxija tal-coach, Cesc Fàbregas, Como kisbu t-tielet rebħa f’erba’ logħbiet fl-ewwel kampanja tagħhom fiċ-Champions League biex telgħu fir-raba’ post tal-klassifika.
B’dan ir-riżultat huma laħqu r-rekord tal-akbar marġni ta’ rebħa fl-istorja tal-kompetizzjoni.





