Tuesday, December 24, 2024

Jinżamm arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li ħebb għal martu … id-Difiża tgħid li l-vittma libbsitlu żiemel tal-ħwejjeġ f’rasu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 46 sena residenti  Birżebbuġa baqa’ miżmum taħt arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li ħebb għal martu, bil-konsegwenza li din kienet qed issofri minn ġrieħi ħfief.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Omar Zammit spjegat illi ftit tal-jiem ilu billejl seħħ argument bejn l-imputat u martu, fejn hi allegat li żewġha waddbilha kaxxa tal-kartun u ħebb għaliha.

Ingħad li hi ssakkret fil-kamra tal-banju u ċemplet lill-Pulizija li marru fuq il-post u ħaduha t-taqsima fejn isiru rapporti dwar vjolenza domestika. Ingħad ukolll li minnn risk assessment li sar fuq il-vittma, irriżulta li din kienet qiegħda fil-periklu.  

Hija allegat li żewġha jżomm il-pepper spray fid-dar  tagħhom. Mal-Pulizija, l-imputat qal li dan kien iżommu fil-karozza. Fl-istqarrija tiegħu huwa spjega li l-kaxxa tal-kartun waddabhielha lejn saqajha biex jiċċajta u mhux biex iweġġaha. 

Id-Difiża mmexxija mill-Avukat Victor Bugeja spjegat li l-imputat kien qiegħed jiddefendi lil nnifsu minħabba l-fatt li l-vittma libbsitlu żiemel tal-ħwejjeġ f’rasu mbagħad qabditu minn għonqu. 

Hija għamel talba għall-ħelsien mill-arrest bl-argument li issa l-vittma ħarġet tqila u għax m’hijiex ċerta jekk tridx tmur lura pajjiżha jew tibqa’ Malta. 

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat it-talba tad-Difiża minħabba li l-vittma għad trid tixhed u qalet li l-imputat għandu problema ta’ xorb. Il-Maġistrat Abigail Critien ċaħdet it-talba tad-difiża minħabba li l-imputat ma pprovdiex indirizz alternattiv fejn jista’ jgħix u ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport