Raġel ta’ 43 sena residenti l-Belt Valletta inżamm arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li kellu l-kokaina u l-eroina allegament fil-pussess tiegħu.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Elisia Schembri spjegat li l-imputat Claudio Mallia instab fil-pussess ta’ iktar minn ħames grammi ta’ kokaina u madwar tmien grammi ta’droga eroina.
Quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, Mallia wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-Difiża memxxija mill-Avukati Rene Darmanin u Ismael Vella tagħmel talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Qort preseduta mill-Maġistrat Farrugia Frendo ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u żammet lill-imputat arrestat