Sunday, December 22, 2024

Jinżamm arrestat wara li ċaħad li talab tfajla Franċiża tagħmel ġesti sesswali miegħu

Aqra wkoll

Raġel mill-Maċedonja ta’ 35 sena inżamm arrestat, wara li tressaq il-Qorti mixli li talab tfajla Franċiża li kienet f’pajjiżna taqt vaganza, sabiex tagħmel ġesti sesswali u li żammha kontra rieda tagħha f’kamra f’hostel.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Rodrick Attard, spjegat kif il-vittma tkellmet mal-Pulizija u spjegatilhom li waqt li kienet f’kamritha, daħal l-akkużat u talabha tagħmel ġesti sesswali. Ingħad ukoll li skontha l-akkużat imblokkalha l-entraturau għalhekk ma setgħetx taħrab.

Fix-xhieda tagħha, il-vittma spjegat kif waqt li kienet qed tippakja ħwejjiġha, l-akkużat daħal fuqha, beda jħares lejha b’mod stramb u li beda jmiss il-parti tiegħu.

Spjegat ukoll kif meta ħarġet mill-kamra, telgħet fis-sular u ssakret f’kamra oħra u ċemplet lil ħuha. Meta kienet mistoqsija mid-Difiiża għala għamlet dan, hija qalet li telgħet fuq bit-tama li ssib xi impjegat jew impjegata u tgħidlu b’dak li kien ġralha.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għal ħelsien mill-arrest minħabba biża’ li jaħrab, bil-każ mistenni jkompli jinstema aktar tard dan ix-xahar.

Id-Difiża tmexxiet mill-avukat Ilona Schembri.

Ekonomija

Sport