Sunday, December 22, 2024

Jinżamm arrestat wara li ġie mixli li ħebb għal uffiċjal tal-Pulizija u żewġ irġiel oħra

Aqra wkoll

Sudaniż ta’ 50 sena inżamm arrestat wara li ġie mixli li ħebb għal tliet persuni fosthom uffiċjal tal-Pulizija.

Il-Prosekuzzjoni fil-Qorti qalet li fit-18 ta’ Marzu li għadda s-Sudaniż weġġa’ gravi raġel waqt argument filwaqt li fis-19 ta’ dan ix-xahar attakka, hedded u weġġa’ ħafif uffiċjal tal-Pulizija fl-għassa tal-Ħamrun u fl-istess ħin ħebb għal persuna oħra.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Id-difiża ma għamlet l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit żammet l-imputat arrestat.

Ekonomija

Sport