Saturday, February 22, 2025

Jinżammu arrestati ż-żewġ irġiel b’rabta maż-żewġ serqiet minn banek tal-lottu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 45 sena mis-Serbja u Sirjan ta’ 43 sena nżammu arrestati, wara li tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, mixlija li kienu involuti fiż-żewġ serqiet minn żewġ banek tal-lottu differenti, waħda ġewwa Burmarrad u l-oħra f’Birkirkara.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Stephen Gulia, Keith Rizzo u Joseph Mallia spjegat li s-Serb qed jiġi mixli li wettaq iż-żewġ serqiet u li kellu sikkina fuqu meta wettaq dawn ir-reati waqt li r-raġel l-ieħorr qed jiġi akkużat li kien kompliċi fis-serqiet.

L-Ispetturi fil-Qorti spjegaw li l-Pulizija waslu għall-arrest taż-żewġ imputati wara li ġie identifikat il-vann li ntuża fiż-żewġ serqiet, liema vann instab ipparkjat barra residenza f’San Pawl il-Baħar.

Quddiem il-Maġistrat Galea, iż-żewġ imputati Dejan Mrvos u Ali Ahmad wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba ontrihom.

Għall-imputati dehru, l-Avukat Silvan Pulis, l-Avukat Franco Debono u l-Avukat Charles Mercieca.

Akar kmieni: Iż-żewġt irġiel involuti fis-serqiet mill-banek tal-lottu se jitressqu l-Qorti fil-ħin li ġej

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, dalgħodu se jitressqu ż-żewġt irġiel li nhar it-Tlieta allegatament kienu involuti fiż-żewġ serqiet minn banek tal-lottu, waħda f’Birkirkara u l-oħra f’Burmarrad.

Wieħed mill-irġiel huwa Serb li allegatament daħal fiż-żewġ banek tal-lottu armat b’sikkina u wettaq is-serq waqt li l-ieħor huwa Sirjan li allegatament kien qiegħed jistenna barra f’vann.

Aktar aġġornamenti mal-ħin …

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport