Wednesday, December 25, 2024

Jispiċċa fuq ċint wara ħabta bejn żewġ vetturi f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Fortunatament ħadd ma ndarab f’inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni fi Triq Valletta Ħal Luqa direzzjoni lejn il-Marsa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota u Volgswagen. Jidher li mad-daqqa waħda mill-vetturi spiċċat tilfet il-kontroll u telgħet fuq ċint li hemm fil-ġenb tat-triq.

Iż-żewġ vetturi ġarrbu ħsarat estensivi f’din il-ħabta, iżda l-gwardjani lokali kienu msejħa biex jassistu lil dawk involuti u jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Ekonomija

Sport