Dalgħodu l-prezz taż-żejt reġa’ sploda ‘l fuq wara rapporti li kien hemm 3 vapuri li ġew attakkati u nħatfu mill-forzi Iranjani.
Brent, il-punt ta’ riferiment globali għaż-żejt mhux raffinat kellha prezz ta’ $103 il-barmil filwaqt li ż-żejt ineggozjat fl-Istati Uniti tela’ għal madwar $94 il-barmil.
Dawn il-prezzijiet qegħdin ipoġġu pressjoni akbar fuq l-ekonomija dinjija b’ħafna pajjiżi jiddiskutu x’miżuri jistgħu jieħdu biex l-ekonomija ma titkissirx.


