Friday, May 1, 2026

Jissoktaw il-kompetizzjoni lokali tal-Blackball wara l-avventura pożittiva f’Ġibiltá

Aqra wkoll

Wara l-avventura pożittiva tat-timijiet nazzjonali Maltin tal-Blackball fit-Tazza tan-Nazzjonijiet f’Ġibiltà, din il-ġimgħa reġgħu bdew il-kompetizzjonijiet lokali b’numru ta’ logħbiet interessanti kemm fil-Kampjonat Nazzjonali kif ukoll fil-Community League.

Fil-National League, intlagħbu żewġ konfronti bilanċjati ħafna. Cospicua Rangers A u Mrieħel Billiard House A spiċċaw fi draw ta’ 10-10 f’partita missielta sal-aħħar. Intant, Ħamrun 147 A kisbu rebħa importanti ta’ 11-9 kontra Qormi Pinto A, riżultat li jgħinhom javvanzaw fil-klassifika.

Fil-Community League Section A, Birkirkara Juve kisbu rebħa tajba ta’ 11-8 kontra PL Floriana, filwaqt li Żebbuġ St. Joseph B u Ħamrun 1889 Bar spiċċaw fi draw ta’ 10-10. Birżebbuġa St Peters B komplew juru forma tajba meta għelbu lil Selmun Sports Club C bl-iskor ta’ 11-9.

Fil-Community League Section B, Selmun Sports Club B rebħu 11-9 kontra Birżebbuġa St Peters A, filwaqt li San Ġwann Tiki Taka Buddies kisbu rebħa dominanti ta’ 11-2 kontra Żebbuġ St. Joseph C. Qormi Anici wkoll ħarġu rebbieħa b’11-4 kontra PL Balzan B.

Fil-klassifika tal-National League: Cospicua Rangers A (15-il punt), Qormi Pinto A (13-il punt), Ħamrun 147 A (10 punti), Mrieħel Billiard House A (7 punti).

Fil-Community League Section A: Cospicua Rangers B (31 punt), PL Floriana (28 punt), Birkirkara Juve (24 punt), Ħamrun 1889 Bar (21 punt), Birżebbuġa St Peters B (17-il punt), Selmun Sports Club C (13-il punt), Żebbuġ St. Joseph B (12-il punt), Mrieħel Billiard House B (7 punti), Siġġiewi Montekristo C (6 punti).

Fil-Community League Section B: Ħamrun 147 D (31 punt), San Ġwann Tiki Taka Buddies (27 punt), Birkirkara Bocci (24 punt), Selmun Sports Club B (22 punt), Qormi Anici (19-il punt), Siġġiewi Montekristo B (18-il punt), Birżebbuġa St Peters A (13-il punt), Żebbuġ St. Joseph C (4 punti), PL Balzan B (punt wieħed).

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport