Il-Gvern, wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat ORNIS, qiegħed iħabbar il-ftuħ tal-perjodu għar-riċerka fuq is-seba’ speċi tal-Għasafar tal-Għana u l-insib għall-Malvizz, li jiftħu minn nhar it-Tlieta, 20 ta’ Ottubru, 2026, fejn jibqgħu għaddejjin sal-20 u 31 ta’ Dicembru, 2026 rispettivament.
L-insib għall-Pluviera jiftah fl-1 ta’ Novembru, 2026 sal-10 ta’ Jannar, 2027.
Il-kwoti nazzjonali ta’ huma 5,000 Malvizz u 700 Pluviera.
“Kull min hu fil-pussess tal-liċenzja speċjali rispettivi, legalment obbligat josserva ir-regolamenti kollha marbuta ma’ din id-deroga,” kiteb il-Ministru Clint Camilleri filwaqt li ħabbar il-ftuħ tal-perjodu għar-riċerka.

