Il-bieraħ tħabbru n-nominazzjonijiet tal-FIFA Best Awards 2024 fejn interessanti huwa l-fatt li mill-Premier League Ingliż, li huwa meqjus bħala l-aqwa wieħed fid-dinja, intgħażlu żewġ players biss li inċidentalment jilagħbu ma’ Manchester City – Rodri u Erling Haaland.
Iż-żewġ players ġew rikonoxxuti wara li s-City saru l-ewwel team fl-istorja tal-ogħla diviżjoni Ingliż li rebħu erba’ titli konsekuttivi.
Il-midfielder ta’ Real Madrid u l-Ingilterra, Jude Bellingham, huwa wieħed mill-11-il players nominati għall-premju, li hu dominat minn players bbażati fi Spanja.
Lionel Messi, ir-rebbieħ tal-2023, huwa l-uniku player nominat għall-premju li jilgħab barra mill-Ewropa.
Ir-rebbieħ tal-Ballun tad- Deheb, Rodri, huwa kandidat ewlieni għal dan il- premju iżda se jiffaċċja kompetizzjoni minn Vinicius Jr ta’ Real Madrid, li spiċċa fit-tieni post fil- votazzjoni tal-Ballun tad- Deheb.
Bellingham ta’ 21 sena, li spiċċa t-tielet fil-votazzjoni tal-Ballun tad-Deheb, se jkun qed jittama li jsir l-ewwel player Ingliż l li jirbaħ dan il-premju tal-FIFA.
Il-votazzjoni se tkun imqassma bejn il-partitarji, il-captains u l-coaches attwali tat-timijiet nazzjonali kif ukoll rappreżentanti tal- media.
Il-manager ta’ Manchester City, Pep Guardiola, li rebaħ il-coach tas-sena fl-2023, qed jerġa’ jiġi nominat flimkien ma’ Carlo Ancelotti ta’ Real Madrid, Xabi Alonso ta’ Bayer Leverkusen, il-manager tal-Arġentina Lionel Scaloni u l-coach ta’ Spanja Luis de la Fuente.
David Raya ta’ Arsenal, Ederson ta’ Manchester City u Emiliano Martinez ta’ Aston Villa ġew nominati għall-premju tal-goalkeeper tas-sena.
Andriy Lunin ta’ Real Madrid, Gianluigi Donnarumma ta’ Paris St-Germain, Mike Maignan ta’ AC Milan u Unai Simon ta’ Athletic Bilbao jiffurmaw il- bqija tan-nominati.
In-nominazzjonijiet kolha huma:
L-AĦJAR PLAYER
Dani Carvajal (Spanja/Real Madrid)
Erling Haaland (Norveġja/Manchester City)
Federico Valverde (Urugwaj/Real Madrid)
Florian Wirtz (Ġermanja/Bayer Leverkusen)
Jude Bellingham (Ingilterra/Real Madrid)
Kylian Mbappe (Franza/Paris St-Germain/Real Madrid)
Lamine Yamal (Spanja/Barcelona)
Lionel Messi (Arġentina/Inter Miami)
Rodri (Spanja/Manchester City)
Toni Kroos (Ġermanja/Real Madrid)
Vinicius Jr (Brażil/Real Madrid)
L-AĦJAR COACH
Carlo Ancelotti (Real Madrid)
Lionel Scaloni (Arġentina)
Luis de la Fuente (Spanja)
Pep Guardiola (Manchester City)
Xabi Alonso (Bayer Leverkusen)
L-AĦJAR GOALKEEPER
Andriy Lunin (Ukrajna/Real Madrid)
David Raya (Spanja/Arsenal)
Ederson (Brażil/Manchester City)
Emiliano Martinez (Arġentina/Aston Villa)
Gianluigi Donnarumma (Italja/Paris St-Germain)
Mike Maignan (Franza/AC Milan)
Unai Simon (Spanja/Athletic Bilbao)