Friday, May 3, 2024

Jitilgħu għal erbgħa l-vittmi li nqabdu qalb it-tifrik ta’ bini li ġġarraf fi Franza

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħin ġie rrappurtat li l-persuni li tilfu ħajjithom qalb it-tifrik telgħu għal erbgħa. Dan filwaqt li skont l-awtoritajiet tal-lokal fadal erba’ persuni oħra li għadu ħadd ma jaf x’sar minnhom.

Skont il-midja Ingliża BBC, żewġ blokok bini li jinsabu qrib fejn seħħ l-inċident, ġarrbu xi tiġrif ftit tas-sigħat wara din l-isplużjoni. Fortunatament ma weġġgħux iżjed nies.

S’issa l-kawża tal-inċident tal-Ħadd li għadda għadha mhix magħrufa.

8:50 a.m. Jinstabu żewġ persuni maqbuda qalb it-tifrik ta’ bini mġarraf f’Marseille

Fl-aħħar sigħat, il-midja Pariġina rrappurtat li l-ħaddiema tas-salvataġġ sabu żewġ persuni maqbuda qalb it-tifrik ta’ bini f’Marseille li ġġarraf ilbieraħ kawża ta’ splużjoni.

Iktar kmieni lbieraħ, l-awtoritajiet Franċiżi qalu li madwar tmien persuni x’aktarx li jinsabu maqbudin qalb it-tifrik ta’ din il-blokka appartamenti fi Franza. Però, f’dan l-istadju, għadu mhux magħruf jekk dan iż-żewġ persuni humiex parti minn dawk it-tmienja msemmija hawnhekk.

Ritratt: Twitter – ThatsTanishk

Ħames persuni ttieħdu l-Isptar bi ġrieħi serji u persuna oħra ngħatat attenzjoni medika minħabba x-xokk li sofriet. Min-naħa l-oħra, ilbieraħ is-Sindku ta’ Marseille, Benoit Payan, wissa sabiex il-poplu jipprepara ruħu u jkun lest li jaċċetta “l-fatalijiet f’din it-traġedja terribbli”.

Il-Ministru Franċiż għall-Intern, Gerald Darmanin, qal li residenti minn xi 30 binja tal-madwar ġew evakwati.

Persuna li kienet preżenti fuq il-post qalet mal-AFP li dan kien ta’ xokk kbir; “nies jiġru, duħħan ma’ kullimkien” … il-bini ċeda u waqa’ fit-triq ftit qabel is-1:00 a.m. tal-Ħadd filgħodu (ħin lokal).

Sport