Friday, July 26, 2024

Jitlef il-kontroll tal-vettura u jibqa’ dieħel f’binja fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ta’ 41 sena residenti x-Xewkija tilef il-kontroll tal-vettura tal-għamla Kia Picanto li kien qed isuq u baqa’ dieħel f’binja fir-Rabat Għawdex.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30am fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace liema triq hija qrib sew l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Hu ddaħħal l-Isptar permezz ta’ ambulanza u fi ftit ħin beda jingħata l-għajnuna. Sorsi qrib dan is-sit qalulna li r-raġel kien sejjer biex jibda x-xogħol tiegħu l-Isptar stess.

S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Ekonomija

Sport