Saturday, December 21, 2024

Jitneħħew is-saffi tal-asfalt affettwati mid-dijżil li ħareġ mit-trailer li nqaleb f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Matul il-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, ħaddiema ta’ Infrastructure Malta neħħew is-saffi t’asfalt li kienu affettwati mid-dijżil li ħareġ mit-trailer involut fl-inċident tat-traffiku l-Erbgħa fil-proġett Luqa Junction.

Filwaqt li ż-żewġ korsiji tat-triq jinsabu miftuħa, Infrastructure Malta appellat lis-sewwieqa –  speċjalment dawk tal-muturi, biex isuqu bil-galbu sakemm jingħata wiċċ t’asfalt ġdid fil-jiem li ġejjin.

L-aġenzija temmet tirringrazzja lil Transport Malta u lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili tal-għajnuna tagħhom. 

Ekonomija

Sport