Saturday, December 21, 2024

Jitressaq il-Qorti mixli li hedded u ħebb għal missieru

Aqra wkoll

Għawdxi ta’ 50 sena residenti Għajnsielem inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li ta’ daqqa ta’ ponn lil missieru għax ried xi flus mingħandu u dan  irreżista u ma riedx itijomlu.   

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Christian Cauchi u Sherona Buhagiar qalu li l-każ seħħ lejliet l-ewwel tas-sena, meta missier Sandro Mifsud, irraporta lill-ibnu fuq kwistjoni finanzjarja dwar karozza.

Il-missier allega li ibnu heddu li jekk ma jtiħx xi flus jew jekk imur jitkellem mal-pulizija, kien se jkissirlu u jaħraqlu l-karozza. L-Ispettur Cauchi qal li kien hemm każ ieħor fejn l-iben mar id-dar ta’ missieru jitolbu xi flus u meta l-missier ma riedx jagħtih l-akkuzat taħ daqqa ta’ ponn.

L-ispettur Buhagiar qalet li din ma kinitx l-ewwel darba li l-missier għamel rapport mal-Pulizija dwar ibnu. Xehdet kif darba minnhom daħlilhom każ fejn allegatament l-iben ħebb għal missieru u kisser fruttiera tal-ħġieg fuq rasu u kkawżalu ġrieħi ħfief.Mifsud ġie mixli li kkawża wkoll vjolenza psikoloġika fuq missieru, li kkawża biża fuq missieru u li kkomunika ma’ missieru b’mod mhux xieraq. 

Fil-Qorti, huwa wieġeb li mhuwiex ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, bid-difiża mmexxija mill-avukat  Josè Herrera jagħmel talba għal-pleġġ. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba li n-natura tal-akkużi huma gravi. 

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet, il-Qorti pproseduta mill-Maġistrat Monica Vella ċaħdet it-talba ghal ħelsien mill-arrest.

Ekonomija

Sport