Wednesday, March 27, 2024

Jivvotaw 51% tat-tesserati fl-elezzjoni għal Kap Nazzjonalista

Aqra wkoll

Sal-bieraħ 51% tat-tesserati eliġibbli vvotaw fl-elezzjoni għal Kap Nazzjonalista, bl-elezzjoni kontestata mill-kap attwali Adrian Delia u Bernard Grech.

Fi stqarrija l-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista qalet li matul il-jum tal-bieraħ 3% tal-votanti eliġibbli vvotaw fil-ġurnata dedikata għal dawk in-nies bi problemi ta’ mobilità u dawk li jeħtieġu assistenza biex jivvotaw.

It-tfigħ tal-voti se jkun qed jiġi fi tmiemu nhar is-Sibt li ġej, bil-Kap Nazzjonalista mistenni li jitħabbar dakinhar stess wara li jingħaddu l-voti.

Ekonomija

Sport