Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Joao Felix segwit minn Manchester United

Joao Felix segwit minn Manchester United

0
668

Is-sitwazzjoni ta’ Joao Felix f’Atletico Madrid qed issir dejjem aktar diffiċli u għaldaqstant jista’ jħalli l-club f’Jannar li ġej.

Din qajmet l-interess ta’ Manchester United biex jidħlu fit-taqtiegħa għall-firma tiegħu.

Ir-relazzjoni ta’ Felix mal-coach Diego Simeone kompliet teħżien minħabba li mhux qed jiġi utilizzat.

Iżda l-coach sostna li bħalissa Felix mhuwiex għaddej minn forma tajba u għaldaqstant huwa fid-dover tiegħu li jilgħab players li għaddejjin minn forma tajba.

Paris St Germain ukoll qed isegwu l-progress ta’ Felix u ma tkun l-ebda sorpriża li fit-tieqa tat-trasferimenti ta’ Jannar jeħduh fil-Parc des Princes.