Monday, May 13, 2024

“Joe ma kienx biss kantant imma wkoll ġentlom”

- Tingħata l-aħħar tislima lil Joe Cutajar

Aqra wkoll

F’qalbu Joe kellu l-imħabba, tant li ferriexa kullimkien. Dan bdiha mal-familja, bħala raġel miżżewweġ, missier u nannu imbagħad ma kull persuna li kien jaf.

Dan kien il-kliem li wassal il-qassis fl-omelija, hekk kif kienet qed tingħata l-aħħar tislima lill-kantant Joe Cutajar. Huwa ingħata l-aħħar tislima fil-knisja ta’ San Duminku, knisja li kien ta’ spiss jiffrenkwenta. 

Huwa kien irrappreżenta lil Malta fil-Eurovision tal-1972 meta flimkien ma’ Helen Micallef kanta l-kanzunetta L-Imħabba, li baqgħet immarkata tul ħajtu.

Joe Cutajar kien miżżewweġ lil Hilda u kien missier ta’ tlieta; Simon, Liza u Manolita.

Sport