Saturday, April 19, 2025

Joħroġ mill-ITU Godfrey Camilleri l-uffiċjal ta’ Transport Malta li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-Mosta 

Aqra wkoll

Godfrey Camillerri, is-sewwieq ta’ mutur ta’ 46 sena residenti r-Rabat, li l-Ġimgħa filgħodu kien jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fil-Mosta, issa ħareġ mill-ITU. 

L-inċident kien seħħ bejn mutur BMW li kien qed jinstaq minn uffiċjal ta’ Transport Malta u Peugeot 206 misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti n-Naxxar.

Fuq il-post issejjaħ minnugih tim mediku li assista lill-uffiċjal u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport