Sunday, July 26, 2026
Home Sport Jonathan David jiċħad li kellu kuntatti ma’ Inter

Jonathan David jiċħad li kellu kuntatti ma’ Inter

0
108

L-attakkant internazzjonali Kanadiż Jonathan David ċaħad li l-aġent tiegħu kellu laqgħat ma’ Inter sabiex jingħaqad magħhom. Ħafna qed jgħidu li dan il-plejer ta’ 24 sena jista’ jitlaq lil OSC Lille u jmur jilgħab ma’ xi tim ieħor prestiġġjuż.

Hu fatt magħruf li mhux biss Inter iżda anke Bayern Munich u timijiet oħra tal-Premier League Ingliż jinsabu interessati fih.

Ma’ Lille lagħab 159 logħba u skorja 80 gowl.