Saturday, May 4, 2024

Jordan Henderson jiffirma kuntratt ġdid ta’ erba’ snin ma’ Liverpool

Aqra wkoll

Jordan Henderson iffirma kuntratt ġdid ta’ erba’ snin ma’ Liverpool li se jżommu fil-club sal-2025.

Il-futur tal-player ta’ 31 sena kien ġie kkontestat aktar kmieni dan is-sajf wara rapporti li Liverpool ma kinux se jagħtuh ftehim ġdid, bil-kuntratt preċedenti tiegħu li kellu jintemm fl-2023.

Madankollu, issa huwa ffirma ftehim ġdid fit-tul li jestendi l-esperjenza tiegħu f’Anfield għal 14-il sena, wara li ngħaqad fl-2011.

“Jien ovvjament onorat ħafna u kburi li nkompli li se nkompli l-vjaġġ lma’ Liverpool.

Tgħallimt u kbirt ħafna fiż-żmien tiegħi hawn, u rrid nirringrazzja ħafna nies għal dan”, qal Henderson.

Henderson għamel 394 dehra għal Liverpool matul l-għaxar snin tiegħu fil-club, u rebaħ ħames trofej inklużi l-Premier League, iċ-Champions League, it-Tazza tad-Dinja tal-Clubs tal-FIFA u l-UEFA Super Cup bħala captain.

Sport